Juventus ikomplu jsegwu lil Isco ta’ Real Madrid, plejer li ilu fil-mira tal-klabb għall-aħħar ħames snin.
Il-kuntatti min-naħa tad-Direttur Sportiv ta’ Juventus huma xhieda tal-apprezzament li Juventus għandhom għall-plejer, b’Paratici li għamilha ċara li l-klabb hu lest jidħol għal dan it-trasferiment jekk ikun hemm l-opportunità
Jidher li t-trasferiment mhux wieħed impossibbli, bil-plejer li daħal biss f’nofs it-tieni taqsima fil-logħba mill-Copa del Rey kontra Leganes u r-rapport ħażin bejnu u l-kowċ Solari.
Anke Sergio Ramos iddikjara li “hu diffiċli li l-affarijiet bejn Solari u Isco jitranġaw. Ma’ Real Madrid kulħadd ikun jixtieq jilgħab.”
Sors: Gianluca Di Marzio
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com