F’konferenza stampa lejliet il-partita kontra Juventus, il-kowċ ta’ Porto Nuno Espirito, sostna li huma għandhom pjanijiet ċari u lesti għal kontra Juventus u tenna wkoll li jkun kuntent jekk Bonucci ma jkunx magħżul fl-iskwadra.
“Porto u Juventus huma żewġ timijiet kbar fl-Ewropa. Aħna bħala Porto nixtiequ nerbħu għax irridu nkomlu nitjiebu u quddiemna se jkollna grawnd ippakkjat li żgur se jtina l-kuraġġ biex noħorgu rebbieħa minn dan il-konfront. Porto qatt ma rebħu lil Juventus fil-passat u se nagħmlu minn kollox biex noħolquhom problemi speċjalment fid-difiża.”
Nuno fl-aħħar tkellem fuq id-deċiżjoni ta’ Allegri li ma jagħżilx lil Bonucci għall-partita.
“Jien ninsab ċert li Allegri jaf kif isolvi l-problemi fil-kamp Juventin. Jien naħseb li Bonucci se jkun qed jilgħab iżda jekk jgħiduli li mhux se jilgħab se nkun kuntent.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment