Wara diversi laqgħat bejn Beppe Marotta, Fabio Paratici u l-aġent ta’ Kwadwo Asamoah, Edoardo Crnjar, kien hemm qbil unanimu biex Asamoah jibqa’ ma’ Juventus għall-istaġun li jmiss għalkemm kien hemm xi offerti mit-Turkija anke minħabba li kien fil-pjanijiet tal-kowċ Igor Tudor.

Is-sitwazzjoni mhux mistennija tinbidel anke jekk jibqgħu Alex Sandro u anke jekk jiġi Leonardo Spinazzola għaliex il-kowċ Massimiliano Allegri informa lid-diriġenti li l-plejer mill-Ghana jinsab fil-pjanijiet tiegħu.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280