Il-marka tal-isport Ġermaniża Adidas mistennija tieqaf taħdem mal-klabb ta’ Milan wara li ilhom jikkollaboraw flimkien għal dawn l-aħħar 20 sena.
Preżentement il-kuntratt ta’ bejniethom huwa ta’ €19.7-il miljun u jiskadi f’Ġunju tal-2023 però jidher li Adidas iddeċidew li jwaqqfu dan il-kuntratt f’Ġunju tas-sena d-dieħla.
Din se tkun daqqa ta’ ħarta għal Milan anke għall-fatt li se tkun diffiċli li jaħdmu mal-marka rinomata Nike minħabba li dawn tal-aħħar huma kontributuri tar-rivali Inter.
Din l-aħbar hi wkoll konferma tal-mument diffiċli bejn Milan u l-isponsors, wara li f’Marzu tilfu wkoll lill-Audi, li mhux se jkomplu jkunu involuti fil-futbol, u s’issa posthom għadu ma mteliex.
Għal Juventus, is-sħubija ma’ Adidas tfisser injezzjoni ta’ €23 miljun kull staġun.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com