Il-Prokura Federali ma ssenjalatx is-simulazzjoni tal-goalkeeper ta’ Napoli, Pepe Reina, fil-logħba kontra Sampdoria.
F’din il-logħba mirbuħa minn Napoli għal skor ta’ 2-1, Matías Silvestre tkeċċa għaliex kien iġġudikat li għamel daħla minn wara fuq il-goalkeeper ta’ Napoli.
Fil-verità Pepe Reina qatt ma ntmess mid-difensur u għalhekk it-tkeċċija ma kinitx ġustifikata. Sampdoria spiċċaw bi plejer inqas, meta kienu minn taħt, u l-logħba ddawret favur Napoli.
Iżda la ma ntalbitx azzjoni min-naħa tal-Imħallef Sportiv, m’hemm l-ebda riskju li l-goalkeeper ta’ Napoli jiġi sospiż.
Sors: Il Mattino