L-attakkant ta’ Inter Rodrigo Palacio esprima d-diżappunt tiegħu li Inter ġew eliminati minn Juventus fil-Coppa Italia wara li kien propju hu li falla l-penalti deċiżiv.

“It-telfa kontra Juventus fil-Coppa Italia kienet eliminazzjoni kerha. Qatt ma ġratli qabel li nfalli penalti hekk, u li nfalli dak deċiżiv kienet esperjenza negattiva u kerha ħafna,” qal Palacio.

“Dak il-ħin ridt immut,” kompla Palacio, “imma fl-aħħar mill-aħħar huma affarijiet li jiġru.”

Sors: Total Italian Football

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.