Juventus Primavera rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-kompetizzjoni tal-UEFA Youth League wara li l-Erbgħa li għadda ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Griegi tal-Olympiacos.

Il-gowls waslu minn Marco Olivieri, Cendrim Kameraj u Alessandro Di Pardo, kollha fit-tieni taqsima sabiex dawru telfa f’rebħa wara li l-Griegi kienu fetħu l-iskor minn Vrousai.

Intant, dan is-suċċess patta xi ftit għall-bidu diżappuntanti li t-tim kellu fil-kampjonat, hekk kif wara d-draw ta’ 0-0 kontra Bologna, it-tim immexxi minn Alessandro Dal Canto kiseb draw ieħor kontra Genoa u safa megħlub ġewwa daru minn Roma.

dical-banner-1200×280