L-editur ta’ Il Foglio, Claudio Cerasa, li hu wkoll partitarju Interist magħruf, f’artiklu li kiteb kellu kliem ta’ kritika lejn Interisti bħalu.

“Waqfna nħarsu lejn id-dinja b’mod sinċier, ħloqna realtà u aċċettajna li nsiru l-prototip tal-perfezzjoni,” qal Cerasio, li stqarr li ilu jsegwi lil Inter mindu kellu sitt snin.

Cerasio jkompli: “Kien fl-2002, is-sena taċ-5 Maggio, fejn ir-raġunijiet għala Inter kienu jitilfu lbieraħ, għadhom jgħoddu wkoll illum: L-Inter ma kinitx tirbaħ (u ma tirbaħx illum) mhux minħabba r-referees, jew minħabba Luciano Moggi, jew Totò Riina, jew il-P4, imma għaliex l-avversarji, b’mod partikolari Juventus, kienu jiskurjaw u għadhom jiskurjaw iżjed, kienu u għadhom jilagħbu aħjar, kienu u għadhom jiżbaljaw inqas minnha.”

Fl-artiklu tiegħu, Cerasa jgħid li “l-partitarju Interist, li aktarx sa llum għadu ixxukkjat minn dak il-jum, qed jgħatti t-tort tal-inkapaċitajiet billi jittimbra s-sistema bħala waħda korrotta, jakkuża lir-referees biex jaħbi d-difetti tiegħu u jipprova jirkeb fuq is-sitwazzjoni bil-kompliċità tal-gazzetti li huma speċjalizzati f’dan.”

L-editur Cerasa jgħid li l-polemika mtawwla, u fi kliemu ridikola, wara l-logħba kontra Juventus hi biss tarf ta’ din il-problema u jiddeskrivi l-proċess ta’ Calciopoli bħala farsa.

“Kien permezz ta’ Calciopoli li l-partitarju Interist, mgħejun minn Interist ieħor (Guido Rossi) fit-tmexxija tal-FIGC, irnexxielu jżid iċ-ċirku medjatiku sportiv u jgħolli għal-livell tal-paġni ewlenin tal-gazzetti dak li qabel kien biss diskors li jsir fil-każini.”

Cerasa jgħid li dan il-proċess kixef l-idea li wieħed jegħleb lill-avversarju, mhux fil-grawnd imma fil-Qrati.

“Jekk Juventus jilagħbu aħjar minn Inter? Tort tar-referee li ma rax penalty. Jekk Juventus jirbħu iktar kampjonati minn Inter? It-tort hu tas-SIM ta’ Moggi, u mhux ta’ Buffon, Cannavaro, Zambrotta, Emerson, Del Piero, Camoranesi u Vieira li huma aħjar minn Zé Maria, Adriano, Burdisso, Favalli u Kily González,” jiddikjara Cerasa.

Cerasa jgħid li dan il-proċess kixef l-idea li wieħed jegħleb lill-avversarju, mhux fil-grawnd im fil-Qrati.t għandu partikolaritajiet uniċi biex ikun it-triq tan-nofs perfetta bejn il-frustrazzjoni tal-poplu (Curva Nord) u l-bourgeoisie (La Gazzetta dello Sport).

U jtemm li “sakemm il-partitarju Interist ma jkollux il-kuraġġ li jorganizza ruħu kontra l-ultras stupidi li l-Ħadd qed jippjanaw protesta waqt li joħolmu li jirbħu l-kampjonati grazzi għal Guido Rossi u r-replays fil-grawnd, se tibqa’ tikber is-sistema perversa fejn tipprova tieħu r-raġun barra mill-grawnd.”

Sors: Il Foglio

dical-banner-1200×280