L-Onorevoli Ignazio La Russa, partitarju ta’ Inter li fl-2013 ħa ritratt mal-membru tal-Kummissjoni Antimafja Marcello Taglialatela bix-xalla ‘Juve Merda’, qal li sieħbu jkun aħjar li jevita dikjarazzjonijiet kontra Juventus.
Dan wara li Taglialatela ddikjara li minn punt kalċistiku jieħu gost jirreferi għal Juventus bħala merda. “Taglialatela hu partitarju akkanit ta’ Napoli, imma wkoll parti mill-Kummissjoni li qed tinvestiga lil Juventus. Nemmen għalhekk li aħjar jevita dawn id-dikjarazzjonijiet,” qal La Russa.
La Russa, meta mistoqsi dwar ir-ritratt li ħadu flimkien bix-xalla kontra Juventus, iddikjara hekk: “Waqt il-logħba bejn Inter u Napoli, partitarju tana dik ix-xalla u talabna nieħdu ritratt. Ħsibna li se jżommha biss għalih.”
Sors: Top Calcio 24
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment