Ġimgħa wara li tilfu ma’ Juventus, il-partitarji Interisti għadhom ma aċċettawx it-telfa, minkejja li fi kliem John Elkann, “suppost draw jitilfu.”
Illum kien imiss lill-partitarji, wara l-kowċ, il-plejers u d-diriġenti tal-istess klabb, li jipprotestaw kontra d-deċiżjonijiet tar-referee Nicola Rizzoli u s-sospensjonijiet li ngħataw Mauro Icardi u Ivan Perišić.
Il-partitarji dehru jxejru strixxuni kontra Juventus, il-FIGC u l-assoċjazzjoni tar-referees waqt li f’idejhom kellhom imkatar bojod b’sinjal ta’ protesta.
Sors: Tuttosport






