L-Ultras ta’ A.C. Milan ħarġu stqarrija fejn jikkundannaw lil Mino Raiola f’dak li għandu x’jaqsam mat-tiġdid tal-kuntratt tal-goalkeeper żagħżugħ Gianluigi Donnarumma.
Dan wara li l-partitarji ilhom xhur jistennew li jintlaħaq ftehim biex Donnarumma jġedded il-kuntratt mal-klabb. Jidher li r-raġuni wara dan hu dak li qed jtiqies bħala rikatt mill-aġent Mino Raiola, li jxitieq idaħħal klawżoli a la Pogba biex mat-trasferiment tal-plejer jakkwista miljuni.
Fl-istqarrija, l-Ultras Curva Sud jappellaw lil Milan biex ma jibqgħux jiddependu iżjed fuq plejers ta’ Raiola, kif ukoll biex il-FIGC tieħu azzjoni fuq “persuni li qed jisirqu l-flus mid-dinja tal-futbol, flus li qatt mhuma se jirritornaw fil-futbol Taljan, li jinsab dejjem iżjed fi kriżi u b’inferjorità ekonomika.”
L-istess Ultras jappellaw lil Donnarumma: “Il-bews tal-arma mhux biżżejjed. Nitolbu karattru u mħabba lejn Milan, b’fatti konkreti, għaliex l-imħabba ma tiżdiedx biss bil-bews imma b’ġesti kbar.”
Sors: MilanNews.it
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com