Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1982 Dino Zoff sostna li l-avversarji ta’ Juventus fil-Coppa Italia, Lazio, jistgħu jwaqqfu lill-Bianconeri mir-rebħ tal-famuża tripletta. Zoff kien mistoqsi jekk Allegri jistax jimxi fuq il-passi ta’ José Mourinho meta l-Portugiż mexxa lit-tim ta’ Inter għar-rebħ tat-tripletta fl-2010.
“Kollox jiddependi minn Juventus però Lazio huma tim li jistgħu jkunu avversarji perikolużi għal Juventus u jridu jkunu vera attenti meta jilagħbu kontra xulxin. Lazio għandhom attakkanti b’abbiltà li jgħaddu bejn id-difensuri fejn ftit attakkanti li jilagħbu fis-Serie A kapaċi jagħmlu bħalhom. Juventus se jkunu favoriti f’din il-finali però ma jridu jieħdu xejn ovvju.”
Sors: TMW Radio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment