Il-gazzetta La Repubblica rrappurtat l-aħbar li l-akkwist il-ġdid ta’ Milan Leonardo Bonucci mill-ewwel għamel il-liġijiet fid-dressing room ta’ Milan rigward l-imġiba professjonali.
Bonucci mistenni jieħu l-faxxa ta’ captain u diġà beda juri l-attitudni tiegħu bħala captain tat-tim. Din il-gazzetta sostniet li l-internazzjonali Taljan kellu kliem negattiv rigward l-atmosfera tad-dressing room fejn qal li mhux possibbli li tikkonċentra u l-imġiba mhijiex professjonali.
Sors: La Repubblica
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com