Il-plejer internazzjonali Taljan u ta’ Napoli Lorenzo Insigne fetaħ attakk direttament lejn il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis fejn sostna li wasal iż-żmien li l-klabb Naplitan jikber.

Insigne ilu għal dawn l-aħħar xhur jiddiskuti rigward il-possibbiltà li jġedded il-kuntratt mal-istess Napoli iżda sal-ġurnata tal-lum għad m’hemm xejn konkluż.

“Bħalissa għaddej minn forma tajba u qed ikun ta’ għajnuna għat-tim tiegħi u qed nittama li qiegħed fil-pjanijiet ukoll ta’ Giampiero Ventura. It-tim ta’ Napoli qed juri li jista’ jikkompeti mal-aqwa timijiet perà biex tirbaħ it-tazzi ma jridx ikollok biss plejers tajbin iżda diriġenza li għandha viżjoni fejn trid tasal. Il-president jaf x’inhuma l-prijoritajiet tiegħi, iżda għalissa d-diskussjonijiet rigward kuntratt ġdid waqfu.”

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280