Il-kowċ ta’ Roma Luciano Spalletti kellu kliem ta’ tifħir lejn Juventus, li semmiehom bħala l-mira tiegħu għal dak li jixtieq mill-iskwadra li jmexxi.

“Juventus bħalissa hi skwadra b’saħħitha, b’esperjenza u numri importanti anke f’dak li għandu x’jaqsam mal-profondità tal-iskwadra,” qal Spalletti.

Kompla: “Mhux se jkun faċli li Roma jżommu l-pass ma’ Juventus.” Irridu nkunu l-massimu, u bħalissa l-massimu huma Juventus.”

Sors: TMW Radio

dical-banner-1200×280