Sitwazzjoni inkwetanti għall-Katalani, hekk kif il-firda bejn il-kowċ Luis Enrique u l-plejers tiegħu tkompli toħroġ dejjem iżjed fil-beraħ.

Dan hekk kif stazzjon televiżiv fi Spanja ħareġ filmati li juru lill-kowċ Spanjol joffendi lil Javier Mascherano, f’mument ta’ rabja meta l-iskwadra kienet qed issofri taħt idejn Juventus.

Waqt li l-assistent Unzúe ripetutament qal il-kliem “Qué vergüenza” (x’mistħija), Luis Enrique beda jitlob lil Mascherano biex jgħaddi l-ballun “a Leo!” iżda meta dan ma seħħx, indirizzah bil-kliem “Madre mía Masche, vete a la mierda!” (“…., f**k you!).

Sors: La Sexta

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280