L-attakkant eks Real Madrid u eks Napoli, Gonzalo Higuaín, tkellem dwar id-deċiżjoni tiegħu li jingħaqad ma’ Juventus u sostna li ma jiddispjaċihx li għamel hekk.
“Mill-ewwel ġurnata li ġejt ma’ Juventus mill-ewwel sostnejt li ma jiddispjaċini xejn li se nilbes il-flokk iswed u abjad ta’ Juventus. Issa iktar minn qatt qabel ninsab determinat u ċert dwar id-deċiżjoni tiegħi għaliex ninsab kuntent u qed inħossni li qed nikber bħala plejer. Hija waħda mill-fatturi importanti li plejer għandu bżonn fil-karriera tiegħu fil-futbol.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment