F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita, il-kowċ ta’ Milan Vincenzo Montella sostna li l-logħba kontra Juventus mhux se tkun finali għat-tim tiegħu però l-attitudni ta’ Milan trid tkun waħda bħal ta’ finali.
“Le, il-logħba kontra Juventus mhux se tkun finali però l-attitudni li rridu ninżlu biha trid tkun bħal ta’ finali. Huwa dejjem diffiċli tilgħab fil-Juventus Stadium iżda aħna nixtiequ nirbħu. Juventus huwa tim b’saħħtu li kapaċi jaddatta għal kull sitwazzjoni fil-logħba. Dan huwa t-tim li jafu kif għandhom jirbħu però jistgħu jkunu megħluba.”
“L-iktar ħaġa importanti hija li rridu nilagħbu mingħajr biża’ għax inkella żgur m’għandniex ċans. Tliet punti kontra Juventus ikunu jfissru daqs tliet punti mal-inqas tim kwotat għaliex kull tliet punti huma prezzjużi.”
Fl-aħħar Montella tkellem dwar il-fatt li Juventus imisshom ma’ Porto nhar it-Tlieta fiċ-Champions League u jekk jaħsibx li Juventus se jkunux diġà qed jaħsbu fuq Porto flok fuq Milan.
“Hija ħaġa normali għal Juventus li jikkompetu fi tliet kompetizzjonijiet differenti u huma kapaċi jaddattaw għaliha wkoll. Ma naħsibx li se jkun moħħhom fuq Porto qabel il-logħba kontrina. Jien parir wieħed nixtieq intihom, fl-opinjoni tiegħi l-aħjar li jiffukaw l-iktar fuq iċ-Champions League għax il-kampjonat kważi mirbuħ!”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment