F’konferenza stampa f’Coverciano, id-difensur Leonardo Bonucci reġa’ ġie mistoqsi fuq it-trasferiment tiegħu għal ma’ Milan, fejn tkellem ukoll fuq l-insulti li rċieva mill-partitarji Juventini.
Huwa sostna li huwa ta’ dispjaċir għalih li rċieva l-insulti għaliex hu dejjem għamel l-aħjar li seta’ bil-flokk abjad u iswed.
“Iddeċidejt li nitlaq lil Juventus minħabba d-deċiżjonijiet li ħa l-klabb fil-konfront tiegħi. Wara dan it-trasferiment irċivejt ħafna insulti, fosthom traditur u merċenarju, li fl-opinjoni tiegħi ma kienx ħaqqni għaliex dejjem għamilt dak li stajt għat-tim Juventin.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com