Jumejn biss qabel il-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus, Marco Parolo u Jordan Lukaku għadhom mhumiex a dispożizzjoni ta’ Simone Inzaghi.

Jidher li Inzaghi se jkun qed jinżel bil-formazzjoni ta’ 3-5-2, fejn l-uniku dubju huwa l-midfielder Taljan. Fil-fatt, fil-każ li Parolo ma jilħaqx jirkupra sal-finali, se jkun iż-żagħżugħ Murgia li jeħodlu postu f’nofs il-grawnd, maġenb Milinković-Savić u Biglia.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280