It-Taljan Marco Verratti qed ifittex lil-L’Equipe legalment wara rapport li ppubblikaw fl-aħħar jiem.

Il-ġurnal Franċiż akkuża lill-midfielder li l-prestazzjoni ħażina tiegħu kontra Barcelona kienet kawża ta’ lejl barra li għamel lejlet. Ġew ippubblikati wkoll ritratti li juru lil Verratti u wħud minn sħabu f’diskoteka.

Fi stqarrija jingħad li lejlet il-logħba, Verratti kien id-dar flimkien ma’ martu u ibnu waqt li l-artiklu kien deskritt bħala wieħed falz u mimli gideb.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280