Il-midfielder avvanzat Marek Hamšík, Slovakk ta’ 30 sena attwalment plejer ta’ Napoli, talab li jiġi trasferit.
L-aħbar kienet żvelata minn missieru stess, li ddikjara li hemm 60% ċans li jsellem lill-klabb fost l-interess ta’ tliet klabbs miċ-Ċina li qed joffrulu paga li kapaċi tlaħħaq l-€10 miljun fis-sena.
Issa l-plejer innifsu kkonferma dan meta qal: “Emminna li fl-aħħar stajna nirbħu l-kampjonat u ninsab dispjaċut li dan ma seħħx. Jiddispjaċini fuq kollox għall-partitarji, għaliex kien ħaqqna nirbħu. Tajt kollox għall-iskwadra imma issa forsi wasal iż-żmien li t-toroq tagħna jinfirdu. Nixtieq nipprova xi ħaġa ġdida.”
Sors: Pravda.sk
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com