Il-futur ta’ Mario Lemina għadu inċert għall-aħħar hekk kif issa tibda tisemma wkoll l-opportunità li jissieħeb mal-klabb ta’ Nice fi Franza.

Fil-fatt, skont France Football, il-klabb Franċiż ressaq offerta lil Juventus biex jissellef lill-midfielder għall-istaġun li ġej. Dan wara li l-Gaboniż stess kien esprima x-xewqa pubblikament li jilgħab iktar spiss, xi ħaġa li difficli jsib ma’ Juventus.

Għaldaqstant, jidher li Lemina jista’ jkun qed jirritorna fil-Ligue 1 wara li Juventus kienu akkwistawh mingħand Marseille fis-sajf tal-2015. Minkejja dan, hemm interess qawwi fil-plejer minn klabbs Ingliżi.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280