Ftit ġimgħat biss wara li ġie akkwistat mingħand Empoli, id-difensur Portugiż ta’ 25 sena Mário Rui kellu jinbidel minħabba injury li sofra.
Rui deher ħiereġ assistit mit-tobba ta’ Roma waqt kuntrast li kellu maż-żagħżugħ Moustapha Seck, u lmenta minn uġigħ fl-irkoppa.
Fis-sigħat li ġejjin mistennija iżjed testijiet mediċi f’Boston, fejn attwalment jinsabu Roma.
Sors: TuttoJuve