Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ċempel lill-klabb ta’ Polisportiva P. Carli Salviano Calcio ASD wara li għarar ikkawżaw ħsarat konsiderevoli lill-faċilitajiet sportivi tal-klabb.

Wara sigħat twal ta’ xita qalila u allert tat-temp f’Livorno, jirriżulta li ċeda ħajt li wassal għal xmara ta’ tajn u ġebel ta’ kull daqs fil-faċilitajiet tal-klabb. Fl-aħħar sigħat il-plejers u l-istaff tal-klabb bdew ħidma biex jibdew jirranġaw il-ħsara.

Fi stqarrija, il-klabb irringrazzja lil Allegri, li ċemplilhom u staqsiehom x’għandhom bżonn. Mhux hekk biss, iżda l-għada saħansitra bagħat persuna ta’ fiduċja tiegħu biex jara x’għajnuna hemm bżonn.

Sors: Polisportiva P. Carli Salviano Calcio ASD

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com