L-eks sid ta’ Inter Massimo Moratti jinsab ċert li matul l-istaġun li ġej, se jkunu Inter li jisfidaw lil Juventus għar-rebħ tal-kampjonat.

“Jekk minbarra Candreva jiġi akkwistat ukoll Gabigol, fuq il-karta, Inter ikunu t-tieni qawwa tal-kampjonat, għalkemm jidher li Juventus diġà rebħuh,” qal Massimo Moratti.

Madankollu hu wissa li minkejja l-akkwisti, irid ikun hemm klima tajba fost il-plejers, inkella l-akkwisti jkunu inutli.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280