Id-difensur żagħżugħ ta’ A.C. Milan Mattia De Sciglio rrifjuta lil Napoli.
Jingħad li Milan lesti jaċċettaw il-bejgħ ta’ De Sciglio għal somma ta’ madwar €20 miljun.
Jidher li l-offerta ta’ Napoli għall-bidu kienet ta’ €15-il miljun, li ma kinitx tissodisfa t-talba ta’ Milan, iżda kien hemm marġni ta’ trattattiva. Minkejja dan De Sciglio rrifjuta l-interess u sfaxxa kollox.
Sors: Rainews24