Din il-ġimgħa mistennija tkun determinanti għall-futur tal-winger ta’ 20 sena Riccardo Orsolini.

Jiem biss wara li rebaħ l-unur tal-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena, l-aġent tal-plejer iddikjara li matul din il-ġimgħa se jiltaqa’ ma’ Juventus biex ikun deċiż x’se jiġri mill-plejer.

Donato Di Campli ddikjara hekk: “Il-futur tiegħu għadu inċert. Matul din il-ġimgħa niltaqa’ ma’ Juventus.”

Sors: Sportitalia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280