Il-kowċ ta’ Napoli Maurizio Sarri rebaħ il-Panchina d’Oro wara li ġie fl-ewwel post segwit minn Max Allegri u l-kowċ ta’ Sassuolo Eusebio di Francesco. Dan it-trofew jiġi ġġudikat fuq ix-xogħol li għamel fl-aħħar staġun u Sarri fl-ewwel staġun tiegħu wassal lit-tim tiegħu fit-tieni post tas-Serie A.

Il-kowċ ta’ Napoli ġab 25 vot minn total ta’ 61 kowċ, Allegri ġab tlett voti inqas filwaqt li Di Francesco ġab seba’ voti biss.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280