L-eks President tal-FIGC, Guido Rossi, ħalla din id-dinja fl-età ta’ 86 sena.
Rossi, eks President ta’ Consob u Telecom, jibqa’ mfakkar bħala l-President li taħt it-tmexxija tiegħu ngħata kampjonat lil Inter minkejja li dawn kienu ġew fit-tielet post.
Dan għaliex, wara li okkupa l-kariga ta’ Kunsillier tal-Amministrazzjoni ta’ Inter, Rossi ħa promozzjoni fit-tmexxija tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Italja fl-eqqel ta’ Calciopoli.
Kienet il-FIGC, taħt it-tmexxija tiegħu, li assenjat il-kampjonat tal-2005/06 lil Inter wara li ġew penalizzati Juventus u Milan.
Sors: Premium Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com