L-aħbar li A.C. Milan irreġistrat telf ta’ €89.3 miljun f’telf wasslet għal rabja kbira fost l-azzjonisti, bl-avukat Giuseppe La Scala jiddikjara s-soċjetà bħala waħda teknikament falluta.

“Nitregħdu meta nimmaġinaw li din id-diriġenza tista’ għal darb’oħra tieħu ħsieb is-suq tat-trasferimenti,” qal La Scala.

Hu tenna x-xewqa li d-diriġenza attwali twarrab, “għaliex anke jekk jiġi investitur ġdid, iżda din id-diriġenza tibqa’ fejn hi, narmu wkoll l-istaġun 2016/17.”

Hu qabbel ukoll il-172 tesserat ta’ Milan, bejn plejers u staff tekniku, mad-99 ta’ Juventus (51 minnhom plejers) u t-53 ta’ Napoli (27 minnhom plejers) u staqsa kif wieħed jista’ jiġġustifika lil Milan b’numru kważi d-doppju ta’ Juventus.

Sors: Calciomercato