Xi jiem ilu, filmat ippubblikat fuq is-siti soċjali wera lil Radja Nainggolan jgħid li jobgħod lil Juventus. Iżda minflok ikkundanna lill-plejer, il-kowċ Luciano Spalletti attakka lil min ġibed il-filmat.
“Nainggolan hu bniedem leali u korrett. Dak li jgħodd għalija. Anke jien ġieli waqaft barra l-kanċelli ta’ Trigoria biex nitkellem man-nies, li b’mod volontarju jwassluk biex tgħid xi affarijiet,” qal Spalletti.
Kompla billi qal li, “xi drabi jilagħbuha li huma sapporters ta’ Roma, imma jkollhom f’moħħhom biss li jarawna nitilfu. Dawk li ffilmjaw lil Radja huma sciacalli*.”
*Kelma bit-Taljan li tirreferi għal annimal li bl-Ingliż jissejjaħ ‘jackal’ li hu magħruf li jħuf biex jaqbad lill-vittma tiegħu wara li din tkun diġà ddgħajfet minn annimal kaċċatur ieħor. Ma teżistix kelma bil-Malti għal dan l-annimal.
Sors: Twitter






