L-avversarji Milanisti kienu qed jittamaw li din is-sena, mingħajr Juventus fit-Trofeo TIM, kienu se jirbħu … iżda arralhom.

Dan hekk kif l-edizzjoni ta’ din is-sena, li kienet tinkludi lil Milan, Sassuolo u għall-ewwel darba klabb barrani, intrebħet propju minn dawn tal-aħħar, l-Ispanjoli ta’ Celta Vigo.

Kollox kien qed jindika li Milan kienu se joħorġu rebbieħa, iżda fil-logħba kontra Sassuolo (kull logħba ddum 45 minuta) rmew vantaġġ ta’ 2-0 biex finalment tilfu 3-2.

Mhux magħrufa eżattament ir-raġuni għaliex Juventus ma ħadux sehem, la din is-sena u lanqas li għaddiet, iżda aktarx dan il-pass ittieħed minħabba l-ammont ta’ injuries li kienu qed iseħħu.

dical-banner-1200×280