L-aħħar ftit sigħat għal tmiem suq ta’ trasferimenti ieħor. Suq ta’ trasferimenti li sa issa kien wieħed tajjeb ħafna għal Juventus għalkemm għal xi sapporters għad baqa’ dik ix-xi ħaġa importanti nieqsa.
Juan Cuadrado, Axel Witsel. Żewg plejers imsemmija ferm li jistgħu jagħlqu t-trasferimenti ta’ Juventus għal dan is-sajf.
Juan Cuadrado, plejer ta’ Chelsea u mmexxi mill-eks kowċ ta’ Juventus, Antonio Conte li min-naħa tiegħu ma jridx jitlaq lil Cuadrado però l-plejer jixtieq iħalli l-klabb minn Londra. Kollox jibqa’ miftuħ u inċert dwar dan it-trasferiment għalkemm il-possibbiltà tidher li l-Kolombjan jirritorna lura Turin.
Axel Witsel, plejer tal-ġganti Russi, Zenit St. Petersburg. Midfielder ta’ kwalità li ilu jissemma ħafna li jista’ jingħaqad ma’ Juventus. Plejer li jiskadilu l-kuntratt sena oħra mal-klabb Russu u jista’ jiġi trasferit b’xejn ladarba ma jiffirma l-ebda kuntratt. Però Juventus jixtiequ jiffirmawh fi żmien jumejn biex jgħaqqdu t-tragward komplut ta’ nofs il-grawnd. B’Zenit min-naha tagħhom ma jridux iċedu malajr lill-Belġjan fejn lesti li jibqgħu jittratenu sal-aħħar.
Kollox inċert, kollox magħluq. L-ebda konferma deċiżiva, l-ebda uffiċjalità. Ġurnata ’l bogħod minn tmiem is-suq tat-trasferimenti. Juventus se jagħlqu bil-kbir? Nistennew u naraw.