Kull Juventin u kull gazzetta Taljana qed titkellem fuq il-pjan ta’ Juventus biex jakkwistaw l-istilla ta’ Roma Miralem Pjanić.

Ħafna qed jgħidu li l-plejer jinsab viċin Juventus, waqt li oħrajn jisħqu li ma’ Roma żgur li hija missjoni impossibbli. Jidher però li Roma lesti jaċċettaw li jinnegozjaw ladarba Juventus jilħqu l-klawżola mitluba, dik ta’ €38 miljun.

Ikkwotat minn ħafna ġurnali, Miralem Pjanić m’eskluda xejn dwar possibbilita’ ta’ trasferiment ma’ Juventus u qal li Juventus huwa klabb kbir u ta’ storja.

Sors: Tuttosport/Gazzetta dello Sport/Gianluca Di Marzio/Sportmediaset