Ikompli l-inkwiet għal Napoli, hekk kif wara l-kliem ta’ kritika mingħand ħu u l-aġent ta’ Gonzalo Higuaín, issa kien imiss lil missier Marek Hamšík li jitlob kuntratt aħjar.
“Marek dejjem jgħid li jħobb lil Napoli u jixtieq itemm il-karriera mal-klabb, imma mhux ċert li dan iseħħ. Irridu kuntratt aħjar,” qal missier il-plejer Slovakk.
Kompla li jekk il-klabb hu interessat li jagħti valutazzjoni xierqa lill-plejer, hu lest li jibqa’, iżda jekk le jkun lest jikkunsidra offerti oħra.
Sors: Zivot