Il-kowċ José Mourinho mill-ġdid fl-aħbarijiet wara argumenti li kellu ma’ ħaddiem li kien għaddej b’xi xogħol fit-training grounds ta’ Manchester United.

Rapporti fl-Ingilterra jgħidu li Mourinho saħansitra spiċċa biex ħa mgħażqa ta’ wieħed mill-ħaddiema akkużati li kienu qed jużaw il-cones u l-lasti tal-bnadar tal-korner biex jimmarkaw fejn qed isir ix-xogħol.

Jingħad li Mourinho deher sejjer bl-imgħażqa f’idu filwaqt li stqarr: “Jekk tieħdu l-affarijiet tiegħi, mela allura jien nieħu l-affarijiet tagħkom.”

Mourinho jibqa’ magħruf ukoll għall-argument ma’ Eva Carneiro, li spiċċat tħalli lil Chelsea kawża ta’ dan.

Sors: The Sun