Waqt li kien qiegħed jiddiskuti ma’ xi partitarji ta’ Roma, Radja Nainggolan kellu kliem ta’ mibegħda lejn Juventus. Fost l-oħrajn il-midfielder Belġjan stqarr: “Jien nobgħod lil Juventus. Kieku stajt kont nagħti kollox biex nirbaħ kontra Juventus ma’ Cagliari. Għax nobgħod lill-Juve. Fil-fatt kemm domt ma’ Cagliari qatt ma tlift fil-Juventus Stadium. Il-logħbiet dejjem spiċċaw f’parità. Rebħulna biss meta rebħu l-Iscudetto fi Trieste.”

Kompla hekk: “U nobgħod lill-Juve għaliex dejjem rebħu b’penalty jew freekick. Fil-fatt ġejt ma’ Roma għax xtaqt nirbaħ, xtaqt nipprova nirbaħ kontra l-Juve li dejjem kellhom dawn l-għajnuniet,” b’referenza għall-penalties u l-freekicks li kien semma qabel.

Nainggolan spiċċa d-diskursata tiegħu billi wiegħed li jekk ma jirbħux l-Iscudetto, Roma se jirbħu l-Coppa Italia, u li se jkunu qed jirbħu ż-żewġ logħbiet tas-semifinali kontra Lazio. Fl-isfont jinstema’ sew ukoll id-diżappunt ċar tal-partitarji ta’ Roma li minħabba Juventus tilfu diversi kompetizzjonijiet fl-Italja.

Sors: Corriere dello Sport

dical-banner-1200×280