Il-midfielder internazzjonali Belġjan Axel Witsel kien viċin li fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar jingħaqad ma’ Juventus iżda hu stess ammetta li rrifjuta lil Juventus minħabba l-flus u minflok ingħaqad ma’ Tianjin Quanjian fiċ-Ċina.
“Nammetti li l-aspett ekonomiku kien il-fattur prinċipali li għażilt li mmur nilgħab fiċ-Ċina. Għoġbuni wkoll l-ambizzjonijiet li dan it-tim għandu għall-futur.”
Nixtieq nirringrazzja lit-tim ta’ Zenit għas-snin sbieħ li esperjenzajna flimkien. Ix-xewqa tiegħi flimkien mat-tim ġdid tiegħi għal dan l-istaġun hija li nilagħbu fiċ-Champions League tal-Asja.”
Sors: TuttoSport
Ħalli Kumment