Teżisti l-possibbiltà li għal-logħba bejn Juventus u Napoli, fl-Allianz Stadium, jitħallew jirritornaw il-partitarji Naplitani li ilhom nieqsa għall-aħħar snin.
L-idea tqajmet fl-aħħar jiem mill-ġurnalist Naplitan Carlo Alvino, iżda issa qed tieħu iktar forma hekk kif mistenni jintervjeni wkoll il-Kunsill Komunali.
F’artiklu fuq sit Naplitan jingħad li “l-partitarji Naplitani għandhom l-istess drittijiet daqs dawk Juventini.” Il-kunsillier komunali ta’ Napli, Stanislao Lanzotto ddikjara wkoll li meta Juventus iwaqqfu biss lill-partitarji Naplitani tkun qed tingħata l-impressjoni ta’ trattament privileġġat.
Il-projbizzjoni fil-konfront tan-Naplitani kienet daħlet fis-seħħ wara li huma kienu wettqu ħsara kbira u ħolqu periklu għall-partitarji Juventini.
Sors: Calcio Napoli 24
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com