L-aġent u ħu l-attakkant Gonzalo Higuaín tenna mill-ġdid li l-plejer Arġentin mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli.

Nicolas Higuaín qal li ħuh ħalla lil Real Madrid għax kien imwiegħed proġett konvinċenti biex Napoli jagħtu sfida lil Juventus. Iżda fi kliemu dan ma seħħx.

Jekk klabb irid jixtri lil Higuaín, il-plejer għandu klawżola reċissorja ta’ €94 miljin. Skont Cristian Higuaín, huma l-aqwa klabbs ta’ Spanja, klabb fi Franza u ieħor fil-Ġermanja li jistgħu jippermettu li jakkwistaw lil Gonzalo.

Sors: Radio Marca