Rapporti fl-Italja jindikaw li l-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis, indika lid-diriġenti tiegħu biex għal-logħba ta’ ritorn kontra Juventus jilagħbu l-plejers tal-Primavera.

Dan wara li lmenta minn sensiela ta’ deċiżjonijiet arbitrali fil-logħba li Napoli tilfu 3-1 kontra Juventus.

Mhux magħruf jekk id-deċiżjoni ta’ De Laurentiis hix sempliċiment waħda mgħaġġla frott ir-rabja tal-mument jew inkella jekk hux se jinsisti dwar dan biex iwassal messaġġ.

Sors: La Repubblica

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280