Napoli, li għall-aħħar ġimgħat kienu qed jirrifjutaw li jikkummentaw qabel u wara l-logħob, kisru s-silenzju wara l-logħba kontra Juventus.
Fuq Twitter, Napoli nfexxew f’attakk kontra r-RAI tant li saħansitra ssuġġerew lill-partitarji biex isegwu l-logħba mingħajr kummentarju.
Wara l-logħba, plejers u diriġenti tal-klabb ikkritikaw lir-referee Valeri minkejja li l-esperti kollha qablu li l-penalties favur Juventus kienu deċiżjonijiet ġusti.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment