Napoli jidher li laħqu ftehim mal-attakkant prolifiku Gianluca Lapadula, iżda jinsabu ‘l bogħod milli jilħqu ftehim ma’ Pescara biex it-trasferiment iseħħ.

Jidher li l-problema hi li Pescara jridu jbiegħu kemm lil Gianluca Lapadula kif ukoll Gianluca Caprari f’daqqa, bl-għan li jirċievu €10 miljun.

Napoli mhux elsti jakkwistaw liż-żewġ plejers, għall-kuntrarju ta’ Juventus u Genoa.

Sors: Corriere dello Sport