Problemi għal Napoli li qed jirriskjaw li jibdew l-istaġun barra minn darhom minħabba l-istat ħażin li jinsab fih l-Istadio San Paolo.
Fl-aħħar ġimgħat, il-UEFA ordnat lil Napoli jagħmlu sensiela ta’ interventi fil-grawnd biex ikunu jistgħu jikkompetu fiċ-Champions League.
Fost dawn hemm bżonn urġenti ta’ interventi fl-impjant elettriku, fil-kmamar tal-banju, fis-siġġijiet, fit-tinda tal-grawnd, is-saqaf, kif ukoll il-kamra tal-konferenzi tal-aħbarijet.
Għal dan l-għan, is-soċjetà akkwistat €25 miljun, iżda proċessi burokratiċi biex dawn il-flus jaslu mistennija jwasslu biex l-interventi ma jitlestewx fiż-żmien. Dan il-proċess mistenni jwassal biex Napoli jkunu sfurzati jfittxu grawnd ieħor fejn jilagħbu, kemm fil-kampjonat kif ukoll fl-Ewropa.
Sors: Il Mattino