It-telfa ta’ Napoli kontra Manchester City, u l-injury serja ta’ Ghoulam li se jitlef il-kumplament tal-istaġun, wasslet biex diġà bdiet il-kritika fil-konfront tal-klabb.
Fuq Libero jingħad hekk: “Is-suq tat-trasferimenti spiċċa fil-konfront tal-kritika. Fis-sajf kulħadd kien konvint għaliex il-plejers ta’ kwalità ġew konfermati. Issa l-partitarji jakkużaw lill-klabb għax inxtara Rui mingħand Roma għal €10 miljun minkejja li ma jagħtix garanziji fiżiċi u, sempliċiment għax qabeż it-30 sena, ma ġiex ikkunsidrat Kolarov li għalih Roma ħallsu biss €5 miljun.”
L-artiklu jkompli li “Napoli hu fost il-klabbs li l-inqas użaw plejers s’issa fil-kampjonat, 21. Huma biss Verona u Inter li użaw inqas plejers (20 u 19 rispettivament), iżda dawn ma jipparteċipawx f’logħob Ewropew. Juventus ukoll użaw 21 plejer biss, iżda għall-kuntrarju, hemm differenza kbira bejn il-plejers użati minn Napoli. Bejn il-plejer fil-11-il post skont kemm ġie utilizzat (Jorginho) u dak fit-12-il post (Zieliński) hemm differenza ta’ 338 minuta.”
Fil-każ ta’ Juventus, id-distributazzjoni tal-ammont ta’ minuti milgħuba mill-plejers titolari jew riservi hi ferm iżjed mifruxa, bid-differenza bejn il-plejers fil-11 u t-12-il pożizzjoni skont kemm lagħbu tkun biss ta’ 49 minuta.
Sors: Libero
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com