Kollox jindika li fil-jiem li ġejjin Napoli jakkwistaw b’mod uffiċjali lil Axel Witsel u Roberto Pereyra.

Fl-aħħar sigħat jidher li Zenit aċċettaw offerta ta’ €22 miljun, li magħhom jiżdiedu €3 miljuni oħra f’bonuses, għall-midfielder Axel Witsel.

Il-plejer mistenni jiffirma għal 4 snin, b’għażla li jġedded għal sena oħra, u b’paga ta’ €3.2 miljun fis-sena. Id-drittijiet tal-immaġni tiegħu mistennija jgħaddu f’idejn il-klabb.

Anke Roberto Pereyra, attwalment plejer ta’ Juventus, aċċetta li jissieħeb ma’ Napoli. Juventus mistennija jakkwistaw €18-il miljun, inklużi bonuses. F’dan il-każ għad fadal biss li jintlaħaq qbil dwar min se jmexxi d-drittijiet tal-immaġni tal-plejer.

Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280