Imlaqqam Lord Bendtner, l-attakkant Daniż ta’ 28 sena Nicklas Bendtner jista’ jirritorna lura fl-Italja, fejn lagħab ma’ Juventus fl-istaġun 2012/13.

Sa mill-2014 Bendtner lagħab ma’ Wolfsburg iżda ftit li xejn ħalla effett. Issa jidher li żewġ klabbs, Lazio u Sampdoria, bdew kuntatti mal-plejer.

Il-kuntratt bejn Bendtner u Wolfsburg ġie terminat, u għalhekk il-plejer hu liberu li jiċċaqlaq b’xejn.

Sors: TuttoJuve