Diżappunt enormi għal A.C. Milan hekk kif ħarġu ċ-ċifri parzjali tal-ammont ta’ abbonamenti li saru mal-klabb għall-kampjonat 2016/17.

Fil-fatt s’issa nbiegħu biss 6,000 abbonament, li jixhed in-nuqqas ta’ kuntentizza fost il-partitarji li għadhom qed jistennew lil Silvio Berlusconi jbigħ il-klabb liċ-Ċiniżi.

Sadattant il-klabb hu assenti mis-suq tat-trasferimenti, u jingħad li se jkun hemm biss €15-il miljun disponibbli għal xiri ta’ plejers.

Sors: Corriere della Sera

dical-banner-1200×280