L-attakkant Kolombjan ta’ Milan Carlos Bacca ingħata logħba waħda sospensjoni wara li fl-aħħar tal-partita kontra Juventus ħareġ għal tal-apposta għar-referee biex jilmenta rigward il-penalty. Bacca kien imwaqqaf mill-kowċ tiegħu stess Montella li ordnalu biex jidħol ’il ġewwa. Huwa kien immultat ukoll is-somma ta’ €10,000. Il-klabb ta’ Milan kien immultat ukoll is-somma ta’ €5,000 għaliex naqsu li jippreżentaw direttur fil-grawnd.

Id-diretturi Adriano Galliani u Rocco Maiorino ġew imwissija rigward insulti li għamlu lejn il-plejers Juventini wara l-partita. Għal-logħba li jmisshom kontra Genoa, Milan se jkunu wkoll mingħajr Jose Sosa li tkeċċa fl-aħħar ħinijiet tal-partita u mingħajr Alessio Romagnoli li ngħata l-ħames karta safra u b’hekk ġie sospiż logħba.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280